Notifiki

Tifla tittieħed l-isptar wara li ttajret minn karozza f’Santa Venera

Tifla li għadha żgħira fl-età, li qed ikun irrapurtat li għandha sentejn ittieħdet l-isptar Mater Dei wara li ntlaqtet minn karozza f’Santa Venera. L-inċident seħħ fi Triq il-Kbira f’Santa Venera għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar, meta karozza tat-tip Land Rover, misjuqa minn raġel ta’ disgħa u għoxrin sena minn Pembroke laqgħat lit-tifla.

Immedjatament fuq il-post marru pulizija, flimkien ma’ tim mediku li ħa lit-tifla l-isptar Mater Dei.

S’issa l-kundizzjoni tat-tifla għadha mhux magħrufa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend