Ix-Xagħra Għawdex illum qed tiċċelebra is-47 mindu l-istatwa tal-Bambina ġiet inkurunata mill-Isqof mibki Nikol Cauchi.
Jum li jġib ferħ kbir fir-raħal iżda din is-sena kemxejn differenti hekk kif minħabba l-imxija kellhom jiġu mħsassra diversi attivitajiet esterni.
Kien propju fit-2 ta’ Settembru tal-1973 meta l-poplu Xagħri nġabar fil-pjazza tal-vitorja għal din iċ-ċelebrazzjoni storika.
Għall-ħabta tas-19:00 illejla l-Isqof il-Ġdid ta’ Għawdex Dun Anton Teuma mistenni jmexxi l-pontifika f’dan il-jum speċjali.