Immigrant miċ-ċentru magħluq ta’ Ħal Far jitlef ħajtu wara attentat ta’ ħarba – One News

Notifiki

Immigrant miċ-ċentru magħluq ta’ Ħal Far jitlef ħajtu wara attentat ta’ ħarba

Immigrant mis-Sudan li kien qiegħed jinżamm fiċ-ċentru magħluq ta’ Ħal Far miet l-Erbgħa filgħodu fl-Isptar Mater Dei. Jidher li s-Sudaniż weġġa’ wara li waqa’ minn ma’ reċint waqt li kien qiegħed jipprova jaħrab għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu.

Huwa ngħata assistenza medika mill-infermiera taċ-ċentru sakemm waslet l-ambulanza u ttieħed lejn l-isptar.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Marsianne Farrugia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend