Hekk kif l-Erbgħa wara nofsinhar tħabbru l-linji gwida li jridu jiġu segwiti mill-istudenti u l-edukaturi fl-iskejjel.
F’dawn il-linji gwidi hemm li trid tinżamm metru u nofs bejn l-istudenti fil-klassijiet, filwaqt li l-istudenti se jitħallew fl-istess klassi sabiex ma jitħaltux ma’ tfal oħrajn.
Gwidi oħra jgħidu sabiex it-tfal li għandhom aktar minn 3 snin jew aktar għandhom jilbsu maskra jew visor u l-użu tal-maskri jrid jinżamm speċjalment barra l-klassi.
Għal dawk li qegħdin fl-iskejjel sekondarji, qed ikun rakkomandat sabiex l-użu tal-maskri jkun anke fil-klassi, filwaqt li l-għalliema kemm fil-primarja u fis-sekondarja għandhom ikunu l-ħin kollu bil-maskra.
Tista’ tara dawn il-linji gwidi hawnhekk: LINJI GWIDA SKEJJEL
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2020/09/02/l-uzu-tal-maskri-fl-iskejjel-se-jkun-barra-l-klassi-u-se-tittiehed-it-temperatura-tat-tfal-u-l-ghalliema/