UEFA Nations League: It-tim nazzjonali Malti tal-futbol jħalli Malta llum – One News

Notifiki

UEFA Nations League: It-tim nazzjonali Malti tal-futbol jħalli Malta llum

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia ffinalizza l-iskwadra tiegħu qabel il-kontinġent Malti jħalli pajjiżna aktar tard illum waranofsinhar.

It-tim Malti ser ikun fl-azzjoni nhar il-Ħamis li ġej kontra l-Faroe Islands fl-ewwel logħba minn Grupp D1 tal-Uefa Nations League.
Mill-iskwadra inizjali ta’ 25 plejer Myles Beerman u Cain Attard tħallew barra. F’din l-iskwadra hemm numru ta’ Wċuħ ġodda fosthom il-goalkeepers Jake Galea u Andreas Vella kif ukoll Enrico Pepe, Neil Tabone, Teddy Teuma, Shaun Dimech u Paul Mbong.
Il-goalkeeper Vella ħa post Matthew Calleja Cremona li ma kienx diżpost minħabba raġunijiet personali.
L-iskwadra magħżula hija din:

Goalkeepers:

Henry Bonello (Valletta); Jake Galea (Sliema Wanderers); Andreas Vella (Santa Lucia).

Difensuri:

Andrei Agius (Hibernians); Jean Borg (Valletta); Steve Borg (Gżira United); Zach Muscat (No Club); Enrico Pepe (Birkirkara)
Midfielders:
Ryan Camenzuli (Floriana); Triston Caruana (Valletta); Juan Corbalan (Ħamrun Spartans); Jake Grech (Hibernians); Matthew Guillaumier (Birkirkara); Joseph Mbong (Ħamrun Spartans); Rowen Muscat (Valletta); Steven Pisani (Balzan); Neil Tabone (Żejtun Corinthians); Teddy Teuma (Royale Union Saint-Gilloise – Belgium).

Attakanti:

Jurgen Degabriele (Hibernians); Shaun Dimech (Valletta); Luke Gambin (Colchester United – England); Paul Mbong (Birkirkara); Kyrian Nwoko (Valletta).

Ritratt: Domenic Aquilina / Malta Football Association

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend