Raġel arrestat b’rabta ma’ pussess ta’ sustanza suspettata droga – One News

Notifiki

Raġel arrestat b’rabta ma’ pussess ta’ sustanza suspettata droga

It-Tnejn filgħaxija, raġel ta’ 21 sena miż-Żejtun ġie arrestat mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’Birżebbuġa.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li r-raġel ġie nnutat jaġixxi b’mod suspettuż f’Birżebbuġa.

Kien hemmek li l-Pulizija avviċinat lir-raġel u wara tfittxija li saret fuqu rriżulta li kien fil-pussess ta’ qratas b’sustanza bajda suspettata kokaina, ammont ta’ flus kontanti u diversi mowbajls.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-każ għadhom għaddejin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend