Mil-lum il-vetturi fit-toroq irid ikollhom liċenzja valida wara proċeduri li daħlu minħabba l-imxija – One News

Notifiki

Mil-lum il-vetturi fit-toroq irid ikollhom liċenzja valida wara proċeduri li daħlu minħabba l-imxija

Mil-lum, il-vetturi kollha li jinstaqu fit-triq, għandu jkollhom liċenzja taċ-ċirkulazzjoni valida. Dan wara li aktar kmieni f’din is-sena, Transport Malta daħlet proċeduri temporanji għat-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan u tal-vetturi, bil-għan li jitnaqqas it-tixrid tal-imxija tal-Coronavirus.

Fi stqarrija Transport Malta fakkret li l-liċenzji tas-sewqan għandhom ikunu kollha mġedda sal-aħħar ta’ Settembru 2020.
Wieħed jista’ ġġedded il-liċenzja online fuq www.licenzji-vetturi.gov.mt jew f’aġenzija tal-assikurazzjoni.

Kull min għandu din il-liċenzja skaduta rċieva notifika mingħand Transport Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend