Macron jappella biex il-Gvern ġdid Lebaniż jinħatar mill-aktar fis – One News

Notifiki

Macron jappella biex il-Gvern ġdid Lebaniż jinħatar mill-aktar fis

Il-President Franċiż Emmanuel Macron appella biex fil-Libanu jinħatar Gvern ġdid fi żmien qasir wara li Mustapha Adib issa se jinħatar Prim Ministru.

Il-konferma ta’ dan ġiet hekk kif Adib, li serva wkoll bħala Ambaxxatur Lebaniż għall-Ġermanja, kiseb l-appoġġ tal-maġġoranza tal-membri parlamentari.

Il-Gvern preċedenti kien irreżenja wara splużjoni fil-Kapitali Bejrut fl-4 ta’ Awwissu li għadda, li qatlet minn tal-anqas mitejn persuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend