Josephine Borg u Kyle Camilleri jirbħu t-Tazza tal-Fidda fit-Ten Pin Bowling – One News

Notifiki

Josephine Borg u Kyle Camilleri jirbħu t-Tazza tal-Fidda fit-Ten Pin Bowling

Borg u Camilleri ħargu rebbieħa fl-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza tal-Fidda li saret fl-Eden Super Bowl, li bħas-soltu kellha parteċipazzjoni qawwija kemm fil-kategoriji tan-nisa kif ukoll tal-irġiel.

Il-membri tat-tim Bonnici Group, Kathryn Fenech u Ruslana Grima, it-tnejn ta’ 15-il sena, spiċċaw fl-ewwel u t-tieni post fil-kwalifikazzjoni, biex ingħaqdu magħhom Jospehine Borg, Rachel Chircop, Jessica Farrugia u ż-żagħżugħa Mia Bugeja fir-round robin.
Sfortunatament kemm għal Fenech kif ukoll għal Grima, ir-round robin ma marritx daqshekk tajjeb, biex inqabżu minn Borg, li kellha logħba kbira ta’ 235, Chircop li rebħet 4 logħbiet, kif wkoll minn Farrugia li lagħbet b’mod konsistenti biex telgħet sat-3 post.
Farrugia u Chircop, żewġ bowlers ta’ lis-Special Olympics, iffaċċjaw lil xulxin fis-semifinali. Farrugia ħadet l-unuri biex imbagħad iffaċċjat lil Borg, li kienet madanakollu determinat li ma tħallix din l-opportunità tiżloq minn subgħajha u għelbet lil Farrugia 181-169 fil-finali.
Il-kompetizzjoni tal-irġiel kienet ikkontestata sew. L-aqwa sitta kienu Melvin Galea b’medja stupenda ta’193, segwit miż-żewġ żgħażagħ, Sam Bugeja, u l-plejer ta’ taħt it-12 il-sena Nicolai Mallia. Nicholas Falzon ikkwalifika fir-4 post, quddiem Matthew Muscat, b Kyle Camilleri jikklassifika s-6 post grazzi għall-aħħar logħba ta’ 210, peress li spiċċa bl-istess pinfall daqs George Camilleri iżda din l-aħħar logħba kienet aħjar minn ta’ Camilleri.
Melvin Galea rnexxielu jirbaħ 3 logħbiet imma dawn kienu biss biżżejjed biex iwassluh fit-3 post, fejn kellu jiffaċċja lil Kyle Camilleri li beda l-ġurnata bi logħba brillanti ta’ 287 scratch li għenuh jitla’ sat-2 post, żewġ pins biss wara il-plejer ta’ lis-Special Olympics Nicholas Falzon.

Camilleri mbagħad iffaċċja lil Galea biex għelbu 217-159 u allura kellu bżonn jegħleb lill-leader Falzon darbtejn. L-ewwel logħba kienet waħda mimlija tensjoni, b’Camilleri jirbaħ 159-146, u mbagħad kompla b’logħba tajba ta’ 202 tajjeb kontra 155 ta ‘Falzon biex joħroġ rebbieħ tat-tazza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend