Il-Partit Laburista jipparteċipa fl-ifformular tal-politika rurali – One News

Notifiki

Il-Partit Laburista jipparteċipa fl-ifformular tal-politika rurali

Hekk kif fl-24 ta’ Awwissu għalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika mniedi mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar ir-Rural Policy & Design Guidance 2020, il-Partit Laburista qed jippubblika s-sottomissjoni uffiċjali tiegħu bħala parti minn dan il-proċess ta’ konsultazzjoni.

Matul dan il-proċess, il-Partit Laburista ta l-opportunità biex dawk kollha interessati jwasslu l-ideat tagħhom, u b’konsultazzjoni ma’ numru ta’ individwi fl-oqsma rispettivi – b’mod partikolari bdiewa u raħħala, ifformula abbozz ta’ ideat b’risposta għall-abbozz ippubblikat.

Il-ħsieb kien li jsiru numru ta’ laqgħat pubbliċi li kienu diġà reklamati, iżda fl-interess tas-saħħa pubblika dawn ma sarux, u sar programm fuq ir-radju li matulu pparteċipaw Ministri kkonċernati fejn ġew spjegati numru ta’ aspetti li qed jiġu proposti f’din il-politika.

Il-Partit Laburista jħares ’il quddiem li jkun dejjem aktar parteċipi bħal stakeholders oħra fi proċessi simili, bil-għan li jagħti l-kontribut f’isem is-setturi milquta u li tiġi mfassla politika li tassew tkun qed tasal għall-għan aħħari tagħha.

Partit Laburista – RPDG-2020

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend