Il-MPE Alex Agius Saliba magħżul bħala wieħed mill-għaxar plejers ewlenin tal-Parlament Ewropew minn 705 Membru – One News

Notifiki

Il-MPE Alex Agius Saliba magħżul bħala wieħed mill-għaxar plejers ewlenin tal-Parlament Ewropew minn 705 Membru

Sena wara li ġie elett bħala membru ġdid tal-Parlament Ewropew, Alex Agius Saliba ntgħażel mill-Magazine tal-Parlament Ewropew, bħala wieħed minn għaxar plejers ewlenin minn 705 membru, fil-kapaċità tiegħu bħala rapporteur tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, dwar ir-rapport tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali: It-titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku.

L-Att dwar is-Servizzi Diġitali għandu l-għan li jsaħħaħ is-suq uniku għas-servizzi diġitali u li jirregola l-ekosistema onlajn permezz ta’ sensiela ta’ miżuri li jkopru s-sikurezza onlajn, ir-responsabbiltà, id-dominanza tas-suq, ir-reklamar onlajn u l-kuntratti intelliġenti, u kif ukoll kwistjonijiet dwar l-impjieg indipendenti onlajn.

“Il-pandemija COVID-19 kixfet nuqqasijiet serji fil-mod kif pjattaformi bħal Google u Facebook huma regolati fl-Ewropa”, qal il-MPE Laburista, meta jitqies li l-prinċipji ewlenin tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku attwali, bħall-klawżola tas-suq intern, il-libertà tal-istabbiliment u l-projbizzjoni tal-impożizzjoni ta’ obbligu ġenerali ta’ monitoraġġ, għandhom jinżammu.

“Wara l-vaganzi tas-sajf, dan huwa unur kbir għalija li nkun nominat bħala attur ewlieni fl-arena diġitali tal-UE mill-Magazine tal-Parlament”, qal il-MPE Alex Agius Saliba.

“Din in-nomina mhix biss għalija, iżda għal Malta u għall-Maltin li poġġew il-fiduċja tagħhom fija.Ninsab kuntent li minkejja li ġej mill-iżgħar Stat Membru fl-Unjoni Ewropea bil-ħidma tagħna bħala Membri Parlamentari Ewropej, jista’ jkollna impatt u influwenza kbira fuq il-politika Ewropea”, ikkonkluda l-MPE.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend