Anzjan ta’ 89 sena jmut waqt li kien pożittiv bil-Covid-19 – One News

Notifiki

Anzjan ta’ 89 sena jmut waqt li kien pożittiv bil-Covid-19

Anzjan ta’ 89 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa.

L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-23 ta’ Awwissu għal kundizzjonijiet ta’ saħħa varji, fejn sarulu testijiet għall-Covid-19 li rriżultaw fin-negattiv, madanakollu l-anzjan ingħata kura f’iżolament fl-Isptar Mater Dei minħabba li kien ġie f’kuntatt ma’ persuna pożittiva waqt li kien fil-komunità.

Ilbieraħ filgħodu l-anzjan ħareġ mill-isptar mingħajr l-ebda sintomi. Il-qagħda tiegħu ddeterjorat malajr u reġa’ ddaħħal fl-Emerġenza, fejn ġie konfermat pożittiv għall-Covid-19.

Huwa miet fl-Isptar Mater Dei aktar kmieni llum.

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-pariri tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend