Żewġ Libjani ta’ 31 u 34 sena mill-Gżira qed isofru minn ġrieħi gravi wara argument fil-Gżira stess.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs tal-Ħadd filgħaxija kien hemm argument fi Triq Sir Frederick C. Ponsonby fil-Gżira.
Fuq il-post marru l-pulizija, li mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta kif inqala argument bejn iż-żewġ Libjani u raġel ieħor, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa.
F’dan l-argument, iż-żewġ Libjani sfaw aggrediti b’oġġett bil-ponta u li jaqta’, fejn ittieħdu l-isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq dan il-każ.