Massimo Vella se jkun qed jassumi l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-aġenzija governattiva servizz.gov.
Vella assuma din il-kariga l-ġdida aktar kmieni dan ix-xahar fi żmien li l-istess aġenzija ngħatat responsabiltajiet ġodda, ewlenin fosthom id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi.
Is-Sur Vella gradwa b’Baċċellerat u Master fl-istudji tat-teknoloġija tal-informatika. Beda l-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku fl-1989, fejn ħadem f’diversi ministeri u dipartimenti.
Okkupa l-kariga ta’ Chief Information Officer għal tmien snin fejn ikkontribwixxa fi proġetti kbar bħas-simplifikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni ta’ numru ta’ inizjattivi fis-Servizz Pubbliku. Kien involut fit-tfassil ta’ numru ta’ strateġiji, fosthom Mapping Tomorrow, National Cyber Security Strategy u Tallinn Declaration.
Ritratt: servizz.gov