Kompla nieżel ‘l isfel il-qgħad matul is-sajf hekk kif ċifri tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul Lulju il-qgħad laħħaq l-4.1%, tnaqqis ta’ 0.2% mix-xahar ta’ qabel.
Fost l-irġiel, ir-rata ta’ qgħad kienet 3.8%, tnaqqis ta’ 0.1% f’Ġunju, filwaqt li fost in-nisa ir-rata ta’ qgħad laħħqet l-4.6, 0.2% inqas mir-rata reġistrata f’Ġunju.
Ir-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ niżlet ukoll, minn 9.5% f’Ġunju għal 9.15 f’Lulju. Ir-rata ta’ qgħad fl-etajiet l-oħra baqgħet l-istess.
Iċ-ċifri tal-NSO jindikaw ukoll li 3 xhur wara li tneħħew ħafna restrizzjonijiet marbutin mal-pandemija, ir-rata tal-qgħad f’pajjiżna kważi rritornat għal-livelli ta’ qabel l-imxija.
Dan hekk kif ir-rata ta’ qgħad f’Lulju kienet biss 0.5% iżjed mir-rata reġistrata fl-istess xahar is-sena ta’ qabel.
B’reazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela fuq Twitter innota li r-rata ta’ qgħad f’Lulju hija 0.4% inqas mir-rata ta’ qgħad f’Mejju.
@NSOMALTA shows that in July the #unemployment rate fell to 4.1%, down from 4.5% in May – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) August 31, 2020