Mara ta’ sebgħa u tletin sena minn Birkirkara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet mill-għoli waqt li kienet qiegħda tixxabbat mal-irdum fil-Wied ta’ Mġarr ix-Xini f’Għawdex.
L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tan-nofs siegħa, fejn il-mara waqgħet fuq raġel ta’ tletin sena li dak il-ħin pprova jassistiha.
Fuq il-post immedjatament issejħu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-mara u lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Ir-raġel ta’ tletin sena irriżulta li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Simone Grech li fetħet inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.