Ibrahim Tonsi li għandu 44 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li fil-Qorti hu kkontesta l-akkużi miġjuba kontrih.
Tonsi ttella’ l-Qorti mixli bi tliet episodji ta’ serq minn żewġ ħwienet u banka tal-lottu.
Fl-awla Tonsi beda jammetti li minn ħanut partikolari seraq bott tonn taż-żejt iżda ma ammettix il-ħtija ż-żewġ episodji l-oħra.
L-ispettur Sarah Zerafa akkużatu wkoll li jgħix ħajja ta’ għażż u talli allegatament ikkommetta reat waqt li kien qed iservi sentenza sospiża.