Filmat li ttella’ fuq Facebook il-Ħadd wara nofshinar juri diversi karozzi jaħbtu ġo xulxin bil-ħġieġ itir minn ġo fihom fi Triq Sant’Anna l-Furjana.
Kienu bosta li ħasbu li dan huwa xi inċident jew argument, iżda din kienet biss xena li qed tinġibed għall-film Jurassic.
Jurassic World 3 biss, huwa film multi-muljinarju li se jara l-parteċipazzjoni ta’ madwar elf persuna f’Malta u allura l-impatt ekonomiku tas-sensiela ta’ films li se jiġu pajjiżna fix-xhur li ġejjin, huwa bla preċedent.