Anzjan ta’ 86 sena bi problemi ta’ saħħa ulterjuri jmut waqt li kien pożittiv għall-COVID-19 – One News

Notifiki

Anzjan ta’ 86 sena bi problemi ta’ saħħa ulterjuri jmut waqt li kien pożittiv għall-COVID-19

Anzjan ta’ 86 sena bi problemi ulterjuri miet waqt li kien pożittiv bil-COVID-19.

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Awwissu wara li ddaħħal l-isptar fit-23 ta’ Awwissu. Kif inhi proċedura għal kull admission fl-isptar, ir-raġel ġie sottopost għal swab test fejn instab li kien pożittiv. Wara beda jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.

Huwa kellu problemi ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

69 persuna oħra jfiqu mill-Coronavirus u feġġew 15-il każ ġdid

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *