Fl-aħħar 24 siegħa, disgħa u sittin persuna fiequ mill-Coronavirus, u feġġew 15-il każ ġdid minn fost 1909 testijiet.
99.2% tat-testijiet li saru fl-aħħar 24 siegħa, ġew negattivi.
Dan ifisser li 1,894 persuna ġew negattivi wara li tteħdilhom it-test.
S’issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar madwar Malta u Għawdex saru b’kollox 188,553 test.