Notifiki

Tmien immigranti weħlu sitt xhur ħabs wara li użaw dokumenti foloz

Tmien immigranti weħlu sitt xhur ħabs kull wieħed u tnejn oħra li huma minorenni ingħataw sentenza sospiża wara li użaw dokumenti foloz, u dokumenti ta’ ħaddieħor.

L-etajiet tagħhom ivarjaw bejn is-sittax u l-wieħed u tletin sena, u huma mis-Sudan, mill-Eritrea u mis-Somalja, u jgħixu Ħal Far.

Huma kollha wieġbu ħatja.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Frankie Sammut tenniet li dawn it-tip ta’ reati kontinwament qed jikbru u għaldaqstant talbet li tiġi kkunsidrata sentenza ta’ priġunerija.

L-avukat tal-għajnuna legali Victor Bugeja deher għall-għaxar immigranti.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend