Bħalissa mitejn u tlieta u sebgħin immigrant jinsabu fuq il-bastiment Aurelia barra l-kosta Taljana ta’ Trapani lesti biex jidħlu fi Sqallija.
Ħames mija u ħamsa u sebgħin immigrant ieħor jinsabu fil-port ta’ Cala Pisani u tmien mija u tmienja u erbgħin immigrant ieħor ħallew in-Nofshinar ta’ Lampedusa sabiex itaffu mill-piż li għandhom il-faċilitajiet tal-immigranti. Ħamsa u sebgħin immigrant fuq iż-żewġ bastimenti ġew pożittivi għall-COVID-19.
Fl-istess waqt madwar sittax-il bastiment żgħir b’mitejn u sittin Tuneżin abbord, jew ġew salvati mill-gwardji Taljani jew għadhom jistennew biex jidħlu fil-portijiet.
Fid-dawl ta’ din il-mewġa ta’ immigranti anke minħabba l-imxija tal-Coronavirus, diversi politiċi Taljani talbu għall-għeluq tal-portijiet, iżda din it-talba ġiet miċħuda mill-Qorti Reġjonali Administrattiva f’Palermo. Għal dan, Matteo Salvini hedded li se jkun qed azzjonijiet legali kontra l-Gvern Taljan.
Min-naħa l-oħra, il-Partit Ċentrali Taljan fetaħ kawża kontra Salvini u Nello Musumeci fejn akkużawhom li qed joħolqu allarm falz, fost oħrajn.
Fl-Italja s’issa din is-sena daħlu aktar minn sbatax-il elf u ħames mitt immigrant.