Ara: Jibdew l-eżamijiet tal-O u l-A levels taħt miżuri stretti – One News

Notifiki

Ara: Jibdew l-eżamijiet tal-O u l-A levels taħt miżuri stretti

Fil-jum tas-Sibt, aktar minn elfejn student lebbtu lejn tnax–il ċentru madwar pajjiżna sabiex ipoġġu għall-eżamijiet tal-‘O’ u l-‘A’ Levels wara li ġew posposti lura f’Ġunju li għadda minħabba l-imxija.

Apparti l-pinna u l-lapes, l-istudenti kellhom jieħdu magħhom maskra u qabel daħlu fil-klassi, ittiħditilhom it-temperatura.

Kif imbagħad daħlu fil-klassijiet sabu mwejjed spazjati b’distanza biżżejjed li tassigura s-saħħa tal-istudenti. Fl-istess waqt biex jonqos it-tixrid tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Crew ta’ ONE News reħilha sal-Imrieħel fejn staqsa lill-istudenti li kienu ħerġin mill-eżami tal-Ingliż dwar l-esperjenza kemxejn differenti li għaddew minnha.

Dawn l-eżamijiet għandhom sitt ġimgħat għaddejjin u l-appell jibqa’ wieħed, li l-istudenti jsegwu d-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet tas

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *