Tkompli tinstema’ l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia – One News

Notifiki

Tkompli tinstema’ l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Fl-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, xehed Alfred Camilleri, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi.

Camilleri li ilu jaħdem bħala Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi minn Marzu tal-elfejn u sitta, stqarr li l-Ministeru ma jaqbadx u jagħti l-flus iżda kull deċiżjoni li tittieħed, kienet tittieħed f’livell ta’ kabinett.

Hu stqarr ukoll li qatt ma ra deċiżjoni tittieħed minn xi ċirku żgħir ta’ nies.

Il-Bord ta’ din l-inkjesta pubblika mmexxi mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino, l-imħallef emeritu Michael Mallia u l-imħallef Abigail Lofaro, ingħata estensjoni sal-ħmistax ta’ Diċembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *