Hibernians jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-UEFA Europa League

Hibernians F.C. huwa l-unika tim Malti li jikkwalfika għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Europa League meta barra minn xtutna rebħu 2 – 0 għas-spejjeż ta’  F.C. Vaduz. Jurgen Degabriele kien l-eroj tat-tim Pawlist b’żewġ goals; wieħed kull taqsima  Fl-stess partita l-Captain Bjorn Kristensen tkeċċa fil-64 minuta logħob.

Fil-Bulgarija Sirens FC ġew megħluba 2 – 1 bil-goal tar-rebħa għal CSKA Sofia FC jasal fil-91 minuta. Sirens fil-vantaġġ fil-69 minuta b’goal skurjat minn Maxuell Maia da Silva, liema plejer ftit qabel falla penalty għal stess tim. Fil-75 minuta l-Bulgari ġabu d-draw permezz tas-sostitut Ahmed Ahmedov biex minuta fuq il-ħin regolamentari Ali Sowe skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.

Fis-Centenary Stadium Valletta F.C. ġew megħluba minn Bala Town F.C. 1 – 0. Fil-38 minuta t-tim minn Wales mar fil-vantaġġ permess tal-Captain Chris Venables. Valletta b’ċans tajjeb li jġibu d-draw meta Taylon twaqqa’ fil-kaxxa iżda Fontanella ra l-konklużjoni tiegħu mill-11 il-metru tiġi salvata f’corner.

Intant, f’partita oħra mill-istess kompetizzjoni, it-tim ta’ Sirens ġew eliminati wara li qalgħu gowl lejn tmiem il-partita meta tilfu ma’ CKSA Sofia mill-Bulgari, bl-iskor ta’ 2-1. Filwaqt li t-tim ta’ Valletta F.C. ġie eliminat ukoll wara li fil-Grawnd taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali, it-tim Belti tilef bl-iskor ta’ wieħed b’xejn kontra t-tim minn Wales ta’ Bala Town F.C.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend