Wirja ta’ 30 ritratt jiġbru wħud mill-isbaħ binjiet b’valur arkitettoniku ta’ żewġ sekli – One News

Notifiki

Wirja ta’ 30 ritratt jiġbru wħud mill-isbaħ binjiet b’valur arkitettoniku ta’ żewġ sekli

30 ritratt ta’ wħud mill-isbaħ binjiet li nbnew f’pajjiżna bejn is-seklu 19 u nofs is-seklu 20 ser jittellgħu f’wirja bl-isem ta’ Unsung, Architectural Icons.

Ir-ritratti li ttieħdu mill-membri tal-Istitut Malti għall-Fotografija Professjonali għandhom l-għan li bihom tiġi ċċelebrata l-arkitettura modernista fil-gżejjer Maltin.

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia stqarr li l-introduzzjoni ta’ kunċetti ġodda huwa element ewlieni li jgħaqqad dawn il-binjiet.

Il-Ministru Farrugia stqarr, “Din l-esebizzjoni qed turina dawn il-binjiet li llum qed jintużaw bħala residenzi, kummerċjali jew knejjes. L-esebizzjoni allura toħodna lejn dawn iż-żminijiet u huwa mod ta’ kif aħna nuru għarfien ta’ dawn il-binjiet biex b’hekk ngħadduhom mhux biss lil dawn il-ġenerazzjonijiet li telgħin imma wkoll lill-ġenerazzjonijiet futuri. Qed nagħmlu hekk bħala ministeru mhux biss permezz ta’ dawn il-wirjiet allura għarfien imma b’mod li nikkonservawhom.”

Din l-esebizzjoni hija parti mill-ħidma tal-Awtorità tal-Ippjanar biex tippreserva l-patrimonju arkitettoniku ta’ pajjiżna. Tant hu hekk li din is-sena biss, l-Awtorità diġà skedat erbgħa u erbgħin binja fir-Rabat u l-Pietà.

Is-Sur Saliba qal, “Din is-sena qed nesebixxu binjiet ta’ valur arkitettoniku filfatt huma binjiet skedati, binjiet illi ġew mibnija tul dawn l-aħħar żewġ sekli bi stil t’arkitettura diversa.”

Din l-esebizzjoni ser tittella’ bejn il-25 ta’ Awwissu u t-3 ta’ Settembru fl-Imdina filwaqt li ser tittella’ fi Triq il-Merkanti fil-Belt bejn it-8 u s-16 ta’ Settembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend