Notifiki

Titnieda strateġija sabiex il-Kunsilli Lokali jkollhom pjattaforma waħda online

Tnediet l-istrateġija sabiex il-Kunsilli Lokali jkollhom pjattaforma online, sabiex b’hekk il-Kunsilli Lokali jkunu aktar viċin in-nies.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Gvern Lokali Josè Herrera waqt li konferenza tal-aħbarijiet, fejn qal kif bit-teknoloġija, il-Kunsilli Lokali se jkunu aktar trasparenti u effettivi.

Din l-istrateġija ġiet imnedija wara li f’Marzu li għadda, f’rapport tal-Awditur Ġenerali nstab li l-Kunsilli Lokali m’għandhomx pjattaforma waħda fejn iżommu l-informazzjoni f’post wieħed.

Mark Muscat li huwa konsulent fil-Ministeru tal-Gvern Lokali li qed jaħdem fuq din l-istrateġija spjega kif din se tkun qed tinkludi kull Kunsill Lokali f’pjattaforma online waħda, sabiex titneħħa l-burokrazija żejda.

Intqal kif dawk li għandhom xi tip ta’ pjattaforma onlajn, se jkunu qed jaraw kif dawn itejbu din u ssir f’lokalitajiet oħra.

Semma’ kif bħala Ministeru qed jaħdmu ma’ kunsilli lokali sabiex jisimgħu l-ideat tagħhom.

Il-Konsulent Mark Micallef stqarr, “Aħna li qegħdin naraw li fl-aħħar mill-aħħar, li nkunu qegħdin nagħtu servizz aħjar lill-konsumatur. L-iskop tal-istrateġija li niffaċiltaw il-ħajja tar-residenti tan-nies fil-lokalità ta’ kulħadd.”

Fost dak li ħa jsir f’din it-teknoloġija se jkun hemm is-sistema ta’ mappa elettronika li tagħti dettalji ta’ eżempju xogħolijiet fit-toroq li jkunu qed isiru fil-lokalitajiet.

Il-Ministru Herrera qal kif dan il-proġett se jiswa madwar ħames miljun ewro.

“Din hija strateġija komprensivi, li tinvolvi t-teknoloġija tal-ICT u l-ammont ta’ flus li se jinvesti fiha din hija madwar ħames miljun.” Temm jgħid il-Ministru Herrera.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend