Stennija biex Daniel Muka jitressaq il-Qorti għada filgħodu mixli bi qtil doppju – One News

Notifiki

Stennija biex Daniel Muka jitressaq il-Qorti għada filgħodu mixli bi qtil doppju

Il-jum tal-Erbgħa kien kruċjali għall-investigaturi ewlenin fil-qtil doppju f’Tas-Sliema, hekk kif għaddew sigħat sħaħ jinterrogaw lil Daniel Muka, is-suspettat ewlieni fil-qtil doppju f’Tas-Sliema.

Jidher li Muka mhux il-ħin kollu beda jikkopera mal-pulizija hekk kif il-pulizija issa li għandha lis-suspettat ewlieni f’idha qed tipprova tasal għall-persuni l-oħra li kienu miegħu. Din hija fażi delikata immens fl-investigazzjonijiet tal-pulizija.

Is-sorsi tagħna qalulna li kollox jindika li Muka se jitressaq il-qorti għada filgħodu, hekk kif l-investigaturi qed jużaw t-48 siegħa li għandhom disponibbli skont il-liġi qabel tressaq lil Daniel Muka.

Muka ġie arrestat ilbieraħ f’operazzjoni delikata fil-Furjana.

Kif żvela ONE News, testijiet tad-DNA kienu kruċjali għall-pulizija sabiex waslu għal Daniel Muka.

Nifhmu li l-pulizija qabblet il-marki ta’ swaba’ li sabet fil-karozza li ntużat fid-delitt u li tħalliet f’parkeġġ fi Gwardamangia ma’ dawk ta’ Daniel Muka.

ARA WKOLL:

Testijiet forensiċi kruċjali biex inqabad Daniel Muka

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend