Il-Kriminologu Saviour Formosa jfaħħar l-effiċjenza tal-Korp tal-Pulizija – One News

Notifiki

Il-Kriminologu Saviour Formosa jfaħħar l-effiċjenza tal-Korp tal-Pulizija

Il-Kriminologu Saviour Formosa faħħar l-effiċjenza li qed juri l-Korp tal-Pulizija.

F’intervent waqt il-bulettin tal-aħbarijiet ta’ ONE News il-Professur Formosa faħħar in-numru ta’ każijiet li solva l-Korp tal-Pulizija fl-aħħar ġimgħat.

Il-Professur Formosa qal li l-Kummissarju Angelo Gafà li daħal għall-kariga ftit tax-xhur ilu, qed jimplimenta strateġija effettiva ta’ tiġdid fi ħdan il-Korp.

Strateġija li fost oħrajn tidher fil-mod ta’ kif tinqasam l-informazzjoni bejn it-taqsimiet differenti fil-Korp isolvu l-każijiet li jkollhom quddiemhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend