ARA: Fjamingu l-ġmiel tiegħu salvat minn kaċċatur – One News

Notifiki

ARA: Fjamingu l-ġmiel tiegħu salvat minn kaċċatur

Fjamingu li niżel midrub fis-sit ta’ natura 2000, magħrufa bħala l-Għadira s-safra f’Baħar iċ-Ċagħaq kellu jsib kaċċatur li salvah u għaddieh lill-uffiċjali tal-pulizija tal-A.L.E sabiex jingħata l-għajnuna. 

ONE NEWS tkellem ma’ Marcus Camilleri, kaċċatur li jgħaddi l-ġranet jieħu ħsieb dan is-sit protett u jiġbed ir-ritratti lit-tajr li ta’ kull sena jżur din is-sit f’pajjiżna.  Spjegalna kif waqt li beda joħodlu r-ritratti induna li dan il-fjamingu kellu xi ħaġa.

Camilleri stqarr, “Il-flamingo deher mill-ewwel li batut.  Il-mewġ beda jċaqalqu u ma setax iżomm il-bilanċ tiegħu u deher weak ħafna, anke għajnejh il-ħin kollu jgħalaqhom.  Ċempilna lill-A.L.E u qaluli ser ikunu hawn ‘in 10 minutes’  u ħallejt 5 minutes jgħaddu, ġbarnieħ.  Il-flamingo huwa fidil ħafna, jiġifieri taqbdu ‘harmless’ u kienu hawnhekk, ‘within 10 minutes’ kienu hawn.”

Huwa spjega kif dan il-fjamingu ma kienx l-ewwel tajra li salva. Spjega kif is-sena l-oħra salva fjamingu ieħor, filwaqt li salva kemm il-gawwija li tkun indarbet bi plastik mormi jew xlief tas-sajd.

Camilleri kompla jgħid, “ L-iżjed tajr li nsalvaw huwa l-gawwi. Hawnhekk ikun hawn ħafna gawija prima, ‘yellow leg’ jew il-gawiha ta’ rasha sewda, il-‘mediterranean gull’, ‘blackheaded gulls’.  Dawk ikollhom  xlief jew snanar imqabdin magħhom, jew ikollhom affarijiet indigested, xi plastiks u jiġu hawnhekk, ma jkunux jistgħu itiru.”

Il-President tal-għaqda Kaċċaturi San Ubertu, Mark Mifsud Bonnici spjega kif f’dan is-sit tħawwlu siġar li nqalgħu minn postijiet oħra sabiex ikunu jistgħu isiru proġetti infrastrutturali.

“Kien hemm siġar li ġew rilokati minn postijiet, proġetti tal-Gvern fejn inqalgħu u tpoġġew, pero kien hemm fuq elf siġra li tħawwlu speċifikament f’dan is-sit biex jikreja ruħu dan l-ambjent.  Wieħed irid jieħu into konsiderazzjoni li dan il-post kien post żdingat, għall-argument mitluq li issa permezz tax-xogħol volontarju tal-kaċċatur u l-għajnuna mill-Gvern qed isir Oasi għall-għasafar.” Saħaq Mifsud Bonnici.

Huwa appella lil dawk li jmorru f’dan is-sit sabiex ma jagħmlux ħsara, iżda jgawdu l-ġmiel naturali ta’ dan is-sit mgħoni bl-isbuħija tat-tajr li jżur l-akwati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *