3 fkieren li ddaħħlu b’mod illegali f’pajjiżna kkonfiskati mid-Dwana Maltija – One News

Notifiki

3 fkieren li ddaħħlu b’mod illegali f’pajjiżna kkonfiskati mid-Dwana Maltija

Uffiċjali tad-Dwana flimkien ma’ dawk tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi l-ERA, f’operazzjoni konġunta kkonfiskaw 3 fkieren li ddaħħlu b’mod illegali f’pajjiżna.

Dan waqt tfittxija li saret it-Tnejn filgħaxija f’vettura li kienet għadha kif waslet f’pajjiżna u li ma kelliex id-dokumentazzjoni neċessarja biex il-fkieren jitħallew jidħlu f’pajjiżna.

Fil-fatt ir-riżulta li t-tlett fkieren tal-ispeċi Testudo hermanni, kienu impurtati b’mod illegali. B’hekk kemm il-vettura li fuqha kienu impurtati l-fkieren u l-fkieren nfushom ġew miżmuma mill-uffiċjali fuq il-post.

Sussegwentement il-fkieren ingħataw lill-uffiċjali tal-ERA.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend