Joseph Muscat jippubblika l-ittra tar-riżenja tiegħu minn PM biex jiġu evitati spekulazzjonijiet inutli – One News

Notifiki

Joseph Muscat jippubblika l-ittra tar-riżenja tiegħu minn PM biex jiġu evitati spekulazzjonijiet inutli

Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Joseph Muscat ippubblika l-ittra tar-riżenja tiegħu minn Prim Ministru ta’ Malta. Dr. Muscat qal li filwaqt li jirrispetta l-pożizzjoni tal-President ta’ Malta li ma jippubblikax korrispondenza li jirċievi huwa għażel li jagħmel dan min jeddu sabiex jevita spekulazzjonijiet inutli.

L-ittra stess turi r-rieda li Joseph Muscat jirriżenja minn Prim Minsitru mal-ħatra ta’ Mexxej ġdid għall-Partit Laburista filwaqt li għarraf lill-President tar-Repubblika li ser ikun qed iżomm is-siġġu Parlamentari.

Huwa temm l-ittra tiegħu b’ringrazzjament lill-President George Vella għax-xogħol siewi li wettqu flimkien kemm dam Prim Ministru u lill-poplu Malti u Għawdxi tal-privileġġ li tah li jservi lill-pajjiżna għall-żewġ mandati konsekuttivi b’maġġoranzi bla preċedent u waħda ikbar mill-oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend