Marina Sergeeva Bushaeva, Russa ta’ erbgħin sena li toqgħod l-Imsida, ingħatat sentenza sospiża ta’ ħabs wara li heddet b’arma lil xufier ta’ taxi.
Hija ġiet akkużata li heddet u kkawżat biża’ permezz ta’ pistola fuq xufier ta’ taxi, fost oħrajn.
Fil-Qorti ġie spjegat li x-xufier kellem lil ħabiba tal-akkużata bit-Taljan u offendiet ruħha għax ma bdietx tifhmu. Ix-xufier waqqaf il-karozza mal-ġenb u qalilha biex tinżel Paceville. Kien hawn meta l-akkużata ħarġet il-pistola, u x-xufier baqa’ nieżel biha l-għassa.
Bushaeva wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo tat lill-akkużata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, u ħelsitha mill-arrest bil-patt u l-kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor f’dan iż-żmien.