Jack Sherman, il-kitarrist fl-album li għamlu d-debutt bih il-grupp Red Hot Chili Peppers, miet fl-etá ta’ 64.
Fuq il-midja soċjali, il-grupp ddeskrivewh bħala persuna unika u rringrazzjawh għall-memorji kemm sbieħ kif ukoll koroh li qattgħu flimkien.
Sherman li ngħaqad mal-grupp waqt l-ewwel tour tal-grupp madwar l-Istati Uniti, għen fil-kitba tal-kanzunetti fit-tieni album tal-grupp.
Dan filwaqt li ħadem ma’ diversi artisti fosthom Bob Dylan u George Clinton.
Ir-raġuni wara l-mewta ta’ Sherman għadha mhix magħrufa.