Tnediet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità Silvio Parnis.
Din il-kummissjoni se tkun immexxija miċ-Chairperson Prof. Marvin Formosa, filwaqt li Dr Josianne Cutajar, Dr Renzo De Gabriele, Mario Caruana, Philip Chircop, Silvana Civelli u Lian Pace.
L-għan ta’ din il-kummissjoni huwa li tgħin lill-Gvern sabiex ifassal it-tieni Politika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal kif il-Gvern għandu viżjoni li jservi ta’ katalista għal livell ta’ għajxien iżjed pożittiv u produttiv, permezz tat-tieni Politika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva.
Filwaqt li l-Professur Marvin Formosa qal li l-istrateġija ta’ din il-Kummissjoni se tkun imsejsa fuq tliet prinċipji ewlenin. Dawn huma l-parteċipazzjoni attiva fl-ambjent tax-xogħol, il-parteċipazzjoni fis-soċjetà u l-għajxien indipendenti fil-kommunità.