Għada jaslu Malta żewġ plejers oħra ta’ Ħamrun Spartans – One News

Notifiki

Għada jaslu Malta żewġ plejers oħra ta’ Ħamrun Spartans

Ħamrun Spartans Football Club mistennija jkomplu jsaħħu l-iskwadra b’żewġ plejers oħra li mistennija jaslu Malta għada.

Nehar Sadiki u Darko Gojkovic huma żewġ difensuri ċentrali li t-tim tal-Ħamrun mistennija li jiffirmaw fis-sigħat li gejjin.

Sadiki huwa mill-Maċedonja, għandu 22 sena u lagħab erba’ darbiet mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena tal-istess pajjiż. L-aħħar klabb li lagħab miegħu huma Renova Dzepciste fl-ogħla diviżjoni tal-futbol fil-Maċedonja.

Min-naħa l-oħra Gojkovic huwa Serb ta’ 31 sena fejn sa Lulju li għadda kien għadu qed jilgħab ma’ FK Železničar Pančevo.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend