Inawgurat dawl sinkronizzat mal-mużika fi Triq ir-Repubblika – One News

Notifiki

Inawgurat dawl sinkronizzat mal-mużika fi Triq ir-Repubblika

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta inawgurat l-installazzjoni tad-dawl fi Triq ir-Repubblika, quddiem il-Qorti. Dan sar b’kollaborazzjoni mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq.

L-installazzjoni tad-dawl hija sinkronizzata mal-mużika, u se tibqa’ fil-Belt Valletta sal-25 ta’ Awwissu, bħala parti mill-Programm tas-Sajf tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Din l-installazzjoni hija t-tieni waħda fil-Belt Valletta għal dan is-sajf, wara li x-xahar li għadda fi Strada Stretta kien hemm installazzjoni ta’ dawl ikkulurit li saret minn Imdina Glass.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend