Fil-Belġju: Titlob inkjesta ġdida għal żewġha li kien miet fil-kustodja tal-Pulizija – One News

Notifiki

Fil-Belġju: Titlob inkjesta ġdida għal żewġha li kien miet fil-kustodja tal-Pulizija

Il-mara tar-raġel Slovakk li kien miet fil-kustodja tal-pulizija Belġjana fl-2018, talbet inkjesta ġdida wara li ġew ippubblikati ritratti u filmati xokkanti waqt li kien taħt is-superviżjoni tal-pulizija.

Jozef Chovanec kien ġie arrestat fl-ajruport ta’ Charleroi hekk kif kien ħoloq kommossjoni waqt li kien fuq ajruplan. Waqt li kien miżmum mill-Pulizija, Chovanec, beda jħabbat rasu mal-ħajt taċ-ċella li kien fiha sakemm beda joħroġlu d-demm. Fil-filmati, il-Pulizija deheru jżommuh mal-art biex jikkalmawh.

Huwa kien ittieħed l-isptar iżda kien spiċċa f’koma u miet l-għada.

Fl-istess filmati, il-Pulizija jidhru jiżufjettaw filwaqt li Pulizija deheret tagħmel is-salut Nazzist. Pulizija ieħor deher ipoġġi fuq il-kustilji ta’ Chovanec għal aktar minn kwarta.

Mart Chovanec talbet li ssir ġustizzja ma’ żewġha, li mill-awtopsja rriżulta li hu ma kienx taħt l-influwenza tal-alkoħol jew sustanza tad-droga.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend