“La kienu ġusti u lanqas ħielsa” – Von der Leyen dwar l-elezzjonijiet fil-Belarus – One News

Notifiki

“La kienu ġusti u lanqas ħielsa” – Von der Leyen dwar l-elezzjonijiet fil-Belarus

Il-mexxejja Ewropej urew l-appoġġ tagħhom għan-nies li qed jipprotestaw fil-Belarus.

Fl-istess waqt, l-awtoritajiet fil-Belarus komplew bl-arresti ta’ dimostranti li niżlu fit-toroq isejħu għar-riżenja tal-President Alexander Lukashenko.

Waqt laqgħa virtwali, il-mexxejja esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-validità tar-riżultati tal-elezzjoni tal-Belarus, u għamluha ċara li se jżidu l-pressjoni fuq dawk marbuta mal-vjolenza fil-protesti.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von Der Leyen, qalet li n-nies tal-Belarus iridu l-bidla, u jriduha issa.

Qalet li tinsab impressjonata bil-kuraġġ li qed juru ċ-ċittadini, li jridu d-demokrazija u elezzjonijiet Presidenzjali ġodda hekk kif fi kliemha dawn la kienu ġusti u lanqas ħielsa.

L-Unjoni Ewropea temmen li r-riżultati tal-elezzjoni fid-disgħa t’Awwissu, li taw lill-President Lukashenko s-sitt terminu tiegħu bi tmenin fil-mija tal-voti, kienu ffalsifikati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend