Ebda plejer ta’ Ħamrun Spartans mhu pożittiv għall-Covid-19 – One News

Notifiki

Ebda plejer ta’ Ħamrun Spartans mhu pożittiv għall-Covid-19

Ebda plejer jew membru mill-staff tekniku ta’ Ħamrun Spartans Football Club ma rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Dan wara testijiet li saru fi klinika privata fl-aħħar sigħat.

It-tmexxija ta’ Ħamrun għamlu t-testijiet lin-nies kollha involuti wara li r-referee fil-partita ta’ ħbiberija li kellhom l-istess Ħamrun kontra Żejtun Corinthians FC irriżulta pożittiv għall-istess virus.

Ħamrun Spartans Football Club mistennija li jkomplu bit-taħriġ tagħhom matul il-ġurnata tal-lum.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend