Aidan Tanti u Tara Abdilla jieħdu l-unuri tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series – One News

Notifiki

Aidan Tanti u Tara Abdilla jieħdu l-unuri tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series

L-edizzjoni tal-2020 tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series intemmet il-ġimgħa li għaddiet, meta t-tielet u l-aħħar tellieqa tas-serje saret fuq il-Bypass tal-Mtarfa.

It-tielet u l-aħħar tellieqa rat ir-ritorn ta’Andrew Grech, wara nuqqas ta’ ħames xhur. Grech ħa vantaġġ komdu b’numru ta’atletli warajħ. Hekk kif l-ewwel dawra tlestiet, Grech xorta żamm il-vantaġġ, b’Matthew Cutajar u Matthew Xuereb warajh. B’din il-pożizzjoni miżmuma għal ħafna mit-tellieqa, ħafna bassru li dawn it-tlielta kienu ser jiffurmaw l-podju finali.

Izda kien hemm zewġ sorpriżi, meta lejn it-tmiem Xuereb qabez lil Cutajar biex għaddih u ħa t-tieni post. Bil-linja finali quddiemu, Alan Camilleri, li wkoll kien ilu nieqes mit-tlielaq għal ftit żmien u li għal ħafna mit-tellieqa kien sew wara Xuereb u Cutajar, bil-mod il-mod qabez lil Cutajar u lil Mark Pace biex provda l-ikbar sorpriża tal-ġurnata. Camilleri ħa t-tielet post, mistħoqq, fuq il-podju.

Ma kienx hemm sorpriżi fil-kategorija Nisa. Tara Abdilla temmet it-tellieqa fl-ewwel post, b’Francesca Arrigo u Carmen Hili jieħdu posthom, għal darb’oħra fuq il-podju fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Il-Klassifikazzjoni Ġeneral hija bbażata fuq ir-riżultati rreġistrati fit-tlielaq kollha. Aidan Tanti, li rebaħ l-ewwel tellieqa tas-Serje, kien ir-rebbieħ ġenerali tas-Serje, segwit minn Imed Ben Moussa. Dawn iż-żewġ atleti prattikament tellqu flimkien matul il-kampjonat u ftit sekondi kienu jifirduhom fil-linja finali. Fit-tielet post kien George Vella. Fil-Kategorija tan-Nisa, Tara Abdilla żammet it-titlu tas-Serje mis-sena l-oħra. Abdilla marret tajjeb ħafna matul is-serje, fejn irreġistrta ħinijiet imtejba f’kull tellieqa. Francesca Arrigo, li ħadet it-tieni post ukoll irreġistrat ħinijiet imtejba matul is-serje filwaqt li l-veterana Carmen Hili rreġistrat prestazzjoni konsistenti.

Il-preżentazzjonijiet, b’konformità mal-protokolli tad-distanza soċjali saru fi tmiem it-tellieqa. It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa mill-Uffiċjali tal-Klabb Joseph Farrugia u Maria Vella-Galea. Daniel Mangion kien ir-rebbieħ tal-arloġġ GPS Coros Multisport, mogħti b’korteżija minn ‘Coros Malta. Dan l-arloġġ ġie mtellgħa fost dawk l-atleti li ħadu sehem fit-tlielaq kollha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend