Raġel jinstab ħati bil-qtil tal-eks PM Lebaniż Rafik Hariri – One News

Notifiki

Raġel jinstab ħati bil-qtil tal-eks PM Lebaniż Rafik Hariri

Raġel minn erbgħa li ġew mixlija bil-qtil tal-eks Prim Ministru Lebaniż f’Bejrut fl-2005 nstab ħati ta’ dan wara li l-każ instema’ fl-Olanda tul il-jum. L-erbat irġiel huma lkoll membri tal-għaqda militari Hezbollah.

Salim Ayyash u t-tliet irġiel l-oħra involuti kienu ilhom jiġu mixlija bil-qtil ta’ Rafik Hariri in absentia mill-2014.

Ayyash instab ħati li kkonfoffa l-att terroristiku, li kien responsabbli tal-assassinju ta’ Hariri u tal-mewt ta’ 21 persuna oħra dakinhar tal-isplużjoni f’Bejrut. 226 persuna oħra ndarbu.

Fl-istess ħin il-Qorti ddikjarat li m’hemmx biżżejjed provi li t-temxxija tal-għaqda militari, jew is-Sirja, kienu involuti fil-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend