Arrestata fuq allegat importazzjoni tad-droga – One News

Notifiki

Arrestata fuq allegat importazzjoni tad-droga

Ġermaniża ta’ sitta u għoxrin sena li toqgħod Tas-Sliema ġiet arrestata wara li fi tfittxiija li saret f’appartament f’Tas-Sliema nstabu erba’ vażetti li kien fihom ħaxixa tal-kannabis, oġġetti relatati mal-użu tad-droga u madwar tmint elef ewro fi flus kontanti.

L-investigazzjoniet bdew wara li fl-aħħar jiem id-Dipartiment tad-Dwana informa lil Pulizija ta’ Kontra d-Droga li kienu waslu żewġ pakketti li kien fihom erba’ vażetti tal-ħġieġ b’sustanza allegatament ħaxixa tal-kannabis. Dawn il-pakketti kienu indirizzati lil Ġermaniża. Minn dawn l-investigazzjonijiet ħareġ li allegatament l-mara kienet qed timporta d-droga.

Il-mara qed tinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana u mistennija titressaq il-Qorti b’arrest fil-jiem li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend