Truppi Somali b’operazzjoni li ħaditilhom madwar erbgħa sigħat sabiex itemmu attakk li kien qed iseħħ f’lukanda. Dan wara li tpoġġiet karozza bomba barra il-lukanda Elite Hotel fil-kapitali Mogadishu, fis-Somalja.
Kelliem għall-Gvern qal li minn tal-inqas ħdax-il persuna tilfu ħajjithom kif ukoll ħames militanti.
Jidher li militanti armati poġġew karozza bomba barra l-lukanda u wara ħatfu l-ostaġġi.
Il-lukanda Elite Hotel nbniet riċentament u s-sid tagħha huwa membru parlamentari u hija popolari ħafna ma diversi uffiċjali tal-pajjiż.