Notifiki

Sitt xhur priġunerija għall-irġiel li ppruvaw jitilqu minn Malta bla dokumenti

Erba’ Sudaniżi li l-età tagħhom tvarja bejn għoxrin u erbgħa u għoxrin sena wieġbu ħatja talli ppruvaw jitilqu minn Malta lejn Pozzallo permezz ta’ katamaran mingħajr dokumenti.

L-Ispettur Frankie Sammut fil-qorti qal li dan l-aħħar kien innutat li diversi persuni qed jippruvaw jitilqu minn Malta billi jinħbew ġo trakkijiet tal-merkanzija tant li qed isiru spezzjonijiet kull filgħodu.

L-Ispettur qal kif l-akkużati kkoperaw bi sħiħ mal-pulizija u spjega kif l-imputati xtaqu jfittxu xogħol barra minn Malta.

Il-Maġistrat Josette Demicoli kkundannathom għal sitt xhur priġunerija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend