Notifiki

L-‘establishment’ il-problema tal-PN

L-establishment tal-Partit Nazzjonalista huwa l-problema kollha. Hekk saħqu mal-gazzetta Kullħadd sorsi mid-dar ċentrali.

Dan is-sors li saħansitra ilu jaħdem fil-Partit minn żmien Eddie Fenech Adami, issa qed jistqarr li kieku ma kinux id-deputati li għamlu ħilithom sa mill-bidu biex itajru lil kap attwali Adrian Delia, kieku l-Partit Nazzjonalista ma kienx ser jasal s’hawn.

Is-sors kompla jgħid li l-kummiedji li ra f’dawn l-aħħar tliet snin immirati biex ineħħu lil Adrian Delia mit-tmexxija, qatt ma ra bħalhom u saħansitra iddeskrivihom bħala inkredibbli.

Huwa innota li minflok joffru spalla lill-kap tagħhom, minflok kienu jogħxew meta dan kien jinqabad f’kontradizzjoni jew jekk toħroġ xi storja li tpoġġieh f’dell ikrah. Huwa stqarr li ma tista’ qatt tistenna l-id tal-ħbiberija u l-appoġġ mingħand min ittimbrajtu bħala diviżiv. “Kif tistenna li jingħaqad, meta minn kliemek stess hu diviżiv” stqarr is-sors. Dan b’referenza għad-dikjarazzjonijiet li għamel Bernard Grech li qed itellaq ma’ Adrian Delia għal elezzjoni għall-ħatra ta’ kap. F’intervista mat-Times huwa kien ikkowotat jgħid li Adrian Delia falla milli jgħaqqad il-Partit u indikah bħala s-sors tal-firda.

Għal dan Delia stess kien indirizza lil Bernard Grech u stqarr li hu ta kollox lil Partit. “Kulma għandi u kulma jien. Il-karriera, il-passjoni, ħajti. Kollox. Qalbi u ruħi stqarr Delia.”

Ma dan kollu l-artiklu fuq il-Kullħadd innota kif dawk ta’ kontra Delia għadhom għaddejjin bil-manuvri kontra l-kap attwali sabiex ikunu ċerti li saħansitra anke l-proċess ta’ diliġenza ikompli jitfa’ dell fuq ras Delia.  Dan sabiex ikunu ċerti li ma jerġax jiġri bħal tliet snin ilu, meta Delia għeleb liż-żiemel tal-establishement, l-istabbilit Chris Said. L-artiklu jtemm jgħid li din id-darba jidher li l-establishement tal-Partit Nazzjonalista mhux ser jieħu ċansijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend