Tagħmel id-debutt tagħha fix-xena lokali b’lirika miktuba minn oħtha stess – One News

Notifiki

Tagħmel id-debutt tagħha fix-xena lokali b’lirika miktuba minn oħtha stess

L-artista Maltija Enya Magri li ħadet sehem fil-festival popolari Taljan Zecchino d’Oro lura f’Mejju tal-2019, għamlet id-debutt tagħha fix-xena lokali bil-kanzunetta “Summer Lights”.

Il-lirika li biha tfasslet id-diska kienet miktuba minn oħtha stess, Jody Magri filwaqt li l-produzzjoni tal-kanzunetta kienet ta’ Cyprian Cassar.

Id-diska klassifikat bħala waħda mill-aqwa 10 kanzunetti fuq diversi stazzjonijiet lokali; fosthom fuq il-programm immexxi minn Alex Grech fuq ONE Radio.

Il-kanzunetta diġà rċeviet appoġġ qawwi u kummenti pożittivi wara li fost oħrajn intweriet fuq il-programm imxandar fuq ONE, Espresso.

Id-diska ‘Summer Lights’ hija disponibbli fuq diversi pjattaformi diġitali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend