Sorveljanza meħtieġa għas-sajjieda tal-lampuki – One News

Notifiki

Sorveljanza meħtieġa għas-sajjieda tal-lampuki

Is-sajjieda Maltin u Għawdxin se jibbenefikaw minn sorveljanza meħtieġa biex fi żmien l-istaġun tal-lampuki, jevitaw problemi li dejjem kienu jaffaċċjaw.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo.

Il-Ministru Refalo qal kif wara s-suċċessi ta’ ħidma fil-fora reġjonali tal-Mediterran flimkien mal-Unjoni Ewropa, illum ninsabu fi żmien fejn nistgħu nissalvagwardjaw lis-sajjieda tal-lampuki minn theddid fuq il-ħidma tagħhom minħabba kunflitti fuq ċimi fl-ibħra internazzjonali.

Din is-sena, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura ppjana kif se jsir dan il-monitoraġġ li jkopri l-oqsma ta’ interess fejn ikunu normalment mitfugħa ċ-ċimi tal-lampuka tas-sajjieda Maltin u Għawdxin. Dawn is-sorveljanzi se jsiru fl-ibħra madwar il-gżejjer Maltin li jestendu għall-ibħra internazzjonali.

Intqal kif dan id-dipartiment kellu diversi taħdidiet mal- awtoritajiet kompetenti biex b’kollaborazzjoni u b’assistenza lill-istess dipartiment jiġu sorveljati l-ibħra skont il-Kumissjoni tas-Sajd għall-Mediterran.

Fix-xhur li ġejjin, il-Gvern se jkun f’taħdidiet mas-Segretarjat ta’ din il-Kummissjoni biex jespandi l-moniteraġġ tas-sajd tal-lampuki.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend