Malta tenfasizza fuq l-importanza tad-djalogu fi sfond tat-tensjonijiet fil-Lvant tal-Mediterran – One News

Notifiki

Malta tenfasizza fuq l-importanza tad-djalogu fi sfond tat-tensjonijiet fil-Lvant tal-Mediterran

F’laqgħa Ministerjali straordinarja tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin ġie diskuss is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran, il-klima politika attwali u l-protesti fil-Belarussja, kif ukoll l-aħħar informazzjoni dwar it-traġedja fil-Libanu u s-sitwazzjoni politika fil-Veneżwela.

Il-Ministru Malti Evarist Bartolo, esprima l-importanza tad-djalogu u approva l-isforzi tiegħu u tal-Ġermanja biex iseħħ id-djalogu tant meħtieġ.

Hu sostna fuq l-importanza li l-partijiet imorru lura fuq il-mejda tan-negozjati u jżidu l-isforzi sabiex titnaqqas il-gravità tas-sitwazzjoni.

Dan filwaqt li stqarr li l-UE għandha tinsisti li l-partijiet kollha jaqblu dwar moratorju fuq l-attivitajiet kollha li jistgħu jimminaw il-possibilità ta’ soluzzjoni futura.

Il-Ministru Bartolo rrikonoxxa li s-sitwazzjoni hija waħda diffiċli iżda enfasizza l-importanza li wieħed jippersisti fid-djalogu biex tinstab soluzzjoni li taħdem.

Huwa kkonkluda li d-delinjazzjoni ta’ Żona Ekonomika Esklussiva mhix l-unika soluzzjoni u jistgħu jinstabu soluzzjonijiet oħrajn.

Dan filwaqt li dwar il-klima politika fil-Belarussja, il-Ministru esprima tħassib dwar l-aħħar żviluppi u d-diversi rapporti li kkontestaw il-kredibilità tal-elezzjonijiet presidenzjali. Il-Ministru ddikjara li l-protesta u l-libertà tal-għaqda huma dritt universali u kwalunkwe vjolenza sproporzjonata u arresti mhux ġustifikati għandhom jintemmu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend