Elliot Paul Busuttil ta’ sitta u tletin sena minn Ħ’Attard baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil.
Dan wara li jumejn ilu, allegatament darab Bulgaru b’daqqiet ta’ sikkina f’Ta’ Qali.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Keith Arnaud akkużatu wkoll li fl-istess ħin Busuttil allegatament seraq flus minn fuq il-vittma. Il-Prosekuzzjoni tenniet kif il-kundizzjoni tal-Bulgaru, li jinsab rikoverat l-isptar għall-kura, qalbet għall-aħjar.
Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.